25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/13


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-380/10)

()

2010/C 260/16

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u K. Nyberg, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx, jew tal-inqas billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, fil-każ tal-arċipelagu ta’ Åland, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika tal-Finlandja naqset mill-obbligi tagħha skont l-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU 108, p. 1.