|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Lulju 2010 — Adrian Băilă vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova u Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-377/10)
()
2010/C 274/17
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Dolj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adrian Băilă
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova u Administrația Fondului Pentru Mediu
Domandi preliminari
|
(1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (li kien l-Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis introdotta mid-Digriet ta’ urġenza Nru 50/2008, kif emendat bid-Digriet ta’ urġenza Nru 218/2008, li teżenta mill-imsemmija taxxa l-vetturi bil-mutur M1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3 kif ukoll il-vetturi kollha bil-mutur N1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda li tapplika għall-vetturi bil-mutur użati simili jew kompetituri provenjenti minn Stat Membru ieħor irreġistrati qabel il-15 ta’ Diċembru 2008, peress li l-imsemmija taxxa tista’ tammonta għal taxxa nazzjonali li tapplika fuq oġġetti li joriġinaw minn Stati Membri oħra indirettament diskriminatorja fir-rigward tal-intaxxar tal-prodotti nazzjonali, u b’hekk tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali tal-vetturi bil-mutur ġodda? |
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (li kien l-Artikolu 90 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis introdotta mid-Digriet ta’ urġenza Nru 50/2008, kif emendat bid-Digriet ta’ urġenza Nru 218/2008, li teżenta mill-imsemmija taxxa l-vetturi bil-mutur M1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3 kif ukoll il-vetturi kollha bil-mutur N1 li għandhom livell ta’ tniġġis Euro 4 irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda li tapplika għall-vetturi bil-mutur li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk indikati iktar ’il fuq, irreġistrati fl-istess perijodu fi Stati Membri oħra, peress li l-imsemmija taxxa tista’ tammonta għal taxxa nazzjonali fuq oġġetti li joriġinaw minn Stati Membri oħra indirettament diskriminatorja fir-rigward tal-intaxxar tal-prodotti nazzjonali, u b’hekk tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali tal-vetturi bil-mutur ġodda? |