25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/11 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 minn Ravensburger AG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-243/08 — Ravensburger AG vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras S.A.
(Kawża C-370/10)
()
2010/C 260/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ravensburger AG (rappreżentanti: H. Harte-Bavendamm, M. Goldmann, avukati)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Educa Borras S.A.
Talbiet tal-appellanti
— |
tilqa’ l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 (Kawża T-243/08); |
— |
tirrevoka s-sentenza tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 597/2007-2); |
— |
jekk ikun meħtieġ, tirrinvija l-każ quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-intervenjenti u lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fir-rigward ta’ dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li ma kienx meħtieġ li tieħu inkunsiderazzjoni r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti għall-finijiet tal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) ma kinux sodisfatti.
Il-Qorti Ġenerali kisret is-sistema tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja meta wettqet evalwazzjoni fattwali waħda dwar ix-xebh b’implikazzjonijiet kemm taħt l-Artikolu 8(1)(b) u kif ukoll taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, u dan minkejja li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jipprovdu għal testijiet distinti.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi naqset milli toġġezzjona għall-konklużjoni tat-Tieni Bord tal-Appell li ċ-ċirkustanzi tas-suq fir-rigward tal-użu ta’ trade marks li jidentifikaw impriża, min-naħa, u trade marks għal prodotti speċifiċi, fuq in-naħa l-oħra, kienu irrilevanti.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 77 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi naqset milli toġġezzjona għall-użu manifestament żbaljat li l-Bord tal-Appell għamel mid-disrkezzjoni tiegħu li jorganizza seduta għal smigħ.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).