23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-365/10)

()

(2010/C 288/32)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet

tiddikjara li, billi għal diversi snin konsekuttivi nqabżu l-valuri limitu tal-konċentrazzjonijiet annwali u ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti] (1), obbligi li, mill-11 ta’ Ġunju 2010, jinsabu stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [arja ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2);

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mir-rapport annwali ppreżentat mir-Repubblika tas-Slovenja dwar il-konformità mal-valuri limitu vinkolanti ta’ PM10 ta’ kuljum u annwali jirriżulta li fis-Slovenja, fis-snin 2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SI1, SI2 u SI4 u fl-agglomerazzjonijiet SIL u SIM, inqabżu l-valuri limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ kuljum u annwali ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti. Il-Kummissjoni Ewropea ma rċeviet ebda notifika dwar l-osservanza tal-obbligu li jiġu applikati l-valuri limitu skont l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/50/KE.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164.

(2)  ĠU L 52, p. 1.