25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Gesione Servizi Pubblici Srl vs Comune di Baranzate
(Kawża C-358/10)
()
2010/C 260/10
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gesione Servizi Pubblici Srl
Konvenut: Comune di Baranzate
Domandi preliminari
(1) |
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (1)? |
(2) |
Id-dispożiżżjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta’ konverżjoni Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta’ kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta’ EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta’ persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u ta’ dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti għall-għoti ta’ servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta’ taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar ’il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea? |