11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/33


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-353/10)

()

2010/C 246/56

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Patakia)

Konvenuta: Ir-Repubblika Griega

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottatx, jew għallinqas billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom, tal-20 ta’ Novembru 2006, dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit (1), ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/117 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skada fil-25 ta’ Diċembru 2008.


(1)  ĠU 2007, L 200M, p. 254.