28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/29


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2010 kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ April 2010 fil-Kawża T-225/09, Claro SA vs UASI u Telefónica SA

(Kawża C-349/10 P)

()

2010/C 234/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Claro SA (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Appellati: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Telefonica SA

Talbiet tal-appellanti

Tilqa’ l-appell flimkien mad-dokumenti annessi miegħu, tikkonstata li l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-28 ta’ April 2010, mogħtija fil-Kawża T-225/09 ġie ppreżentat fit-termini u fil-forma stabbiliti mil-liġi u permezz ta’ proċedura xierqa, tannulla s-sentenza appellata u tilqa’ t-talbiet ta’ Claro SA.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball fl-interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. L-appell huwa bbażat fuq il-premessa li, kuntrarjament għall-argument tal-Qorti Ġenerali (u, preċedentement, tal-Bord tal-Appell), il-preżentazzjoni tal-aggravvji tal-appell ma tikkostitwixxiex rekwiżit għall-ammissibbiltà tal-appell, iżda pjuttost sempliċi rekwiżit proċedurali. Huwa wkoll sostnut li l-iżball ta’ interpretazzjoni preċedenti mwettaq mill-Qorti Ġenerali (u, preċedentement, mill-Bord tal-Appell) jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kontinwità funzjonali bejn id-diversi istanzi tal-UASI stabbilit fl-Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)