25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-309/10)

()

2010/C 260/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agrana Zucker GmbH

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont temporanju għar-ristrutturar għaz-zokkor u x-xiropp tal-inulina stipulat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ta’ EUR 113,30 għal kull tunnellata tal-kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 għandu jiġi impost fi kwalunkwe każ u fl-intier tiegħu, anki jekk tali ħlas iwassal għal eċċess (sostanzjali) fil-bilanċ tal-fond tar-ristrutturar u ma tkunx mistennija żieda ulterjuri tal-ħtiġijiet finanzjarji?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

F’dak il-każ, l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 jikser il-prinċipju li l-Komunità tista’ taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha, peress li din id-dispożizzjoni tista’, permezz tal-ammont temporanju għar-ristrutturar, tintroduċi taxxa ġenerali li ma hijiex limitata għall-ispiża finanzjarja li ssir għall-benefiċċju tal-persuni mitluba jħallsu t-taxxa?


(1)  ĠU L 64M, 10.3.2009, p. 11