11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/22


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-304/10)

()

2010/C 246/38

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u D. Milanowska, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nfurmatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/82 skada fil-5 ta’ Settembru 2006.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 74.