|
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ġunju 2010 — Gebhard Stark vs D.A.S. Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG
(Kawża C-293/10)
()
2010/C 274/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Innsbruck
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gebhard Stark
Konvenuta: D.A.S. Österreichische Allgemeine Rechtsschutzversicherung AG
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 158k(2) tal-Versicherungsvertragsgesetz (Liġi fuq il-poloz tal-assigurazzjonijiet) u klawżola, ibbażata fuq din il-liġi, inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-assiguratur ta’ protezzjoni legali, ibbażata fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar, li permezz tagħha jista’ jiġi stabbilit li l-assigurat għandu jagħżel, għar-rappreżentazzjoni tal-interessi tiegħu fil-proċeduri amministrattivi jew legali, persuna li hija professjonalment awtorizzata għal dan il-għan li tkun stabbilita fil-post fejn tinsab il-qorti jew l-awtorità amministrattiva li hija kompetenti tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza?
(1) Direttiva tal-Kunsill 87/334/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).