11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Voorzitter der Rechtbank van Koophandel te Dendermonde (il-Belġju) fit-2 ta’ Ġunju 2010 — Wamo BVBA vs JBC NV u Modemakers Fashion NV
(Kawża C-288/10)
()
2010/C 246/34
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Voorzitter der Rechtbank van Koophandel te Dendermonde
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wamo BVBA
Konvenuti: JBC NV u Modemakers Fashion NV
Domandi preliminari
Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 53 tal-liġi tal-14 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prattiċi kummerċjali u dwar l-informazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur li, matul perijodi speċifiċi, tipprojbixxi li jsir reklamar dwar tnaqqis fil-prezzijiet u reklamar li jalludi għal tali tnaqqis fil-prezzijiet?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern [u] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)