31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale del Riesame di Verbania (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Proċeduri kriminali kontra Matteo Minesi

(Kawża C-279/10)

()

2010/C 209/44

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale del Riesame di Verbania

Parti fil-kawża prinċipali

Matteo Minesi

Domanda preliminari

Liema interpretazzjoni għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea rigward il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi sabiex jiġi determinat jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat jippermettux jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ monopolju favur l-Istat, u sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru speċifikat ta’ konċessjonijiet, tipprovdi: (a) l-eżistenza ta’ qafas ġenerali ta’ protezzjoni tas-sidien li għandhom permessi maħruġa sussegwentement abbażi ta’ procedura ta’ sejħa għal offerti li eskludiet parti mill-operaturi b’mod illegali; (b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ż-żamma de facto tal-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba wara proċedura li illegalment eskludiet parti mill-operaturi (bħal pereżempju l-projbizzjoni għall-konċessjonarji l-ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabiliti, mingħajr ma tiġi osservata distanza minima speċifika inqas minn dik diġà eżistenti), (ċ) l-iffissar ta’ possibbiltà ta’ revoka tal-konċessjoni u ta’ sekwestru ta’ garanziji għolja ħafna, inkluża l-possibbiltà li l-konċessjonarju jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkunu simili bħal-logħob li għalih tingħata l-konċessjoni?