11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-2 ta’ Ġunju 2010 — Residex Capital IV CV vs Gemeente Rotterdam

(Kawża C-275/10)

()

2010/C 246/30

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Residex Capital IV CV.

Konvenuta: Gemeente Rotterdam.

Domanda preliminari

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE (li sar l-Artikolu 108(3) TFUE) għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fejn għajnuna illegali ngħatat permezz ta’ garanzija lil min isellef — li ppermettiet lil dan tal-aħħar li jagħti kreditu lil min qed jissellef li qatt ma seta’ jissellef f’kundizzjonijiet normali tas-suq —, il-qrati nazzjonali huma obbligati li, jew tal-inqas għandhom ġurisdizzjoni biex, fil-kuntest tal-obbligu tagħhom li jevitaw il-konsegwenzi ta’ għajnuna illegali, jikkanċellaw il-garanzija kkontestata, anki jekk din il-kanċellazzjoni ma twassalx għal kanċellazzjoni tal-kreditu mogħti taħt il-garanzija?