14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-265/10)

()

2010/C 221/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Olivier u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, jew tal-inqas billi ma għarrafx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Renju tal-Belġju ma osservax l-obbligi tiegħu taħt dispożizzjonijiet tal-Artikolu 126 tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 1907/2006;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Peress li r-Renju tal-Belġju ma adottax il-miżuri kollha dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tar-Regolament REACH li kellhom jidħlu fis-seħħ mhux l-iktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2008 jew, fi kwalunkwe każ, ma informax lill-Kummissjoni Ewropea b’ dawn il-miżuri, din tal-aħħar ikkonkludiet minn dan li r-Renju tal-Belġju ma osservax l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 126 ta’ dan ir-regolament.


(1)  JO L 396, p. 1