31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (Ir-Rumanija) fit-28 ta’ Mejju 2010 — Proċeduri kriminali kontra Gheorghe Kita

(Kawża C-264/10)

()

2010/C 209/41

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Gheorghe Kita

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill Nru 2002/584/ĠAI (1), tat-13 ta’ Ġunju 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-persuna kkundannata, li preċedentement kienet ġiet ċeduta fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijet ta’ prosekuzzjoni kriminali, lejn l-Istat li tiegħu din il-persuna hija ċittadina huwa wieħed awtomatiku, u għandu jseħħ anki fl-assenza tal-kunsens tal-persuna kkonċernata, meta tali kunsens huwa kundizzjoni rikjesta mill-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trasferiment ta’ persuni kkundannati?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill Nru 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)