11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Mejju 2010 — Döhler Neuenkirchen GmbH vs Hauptzollamt Oldenburg

(Kawża C-262/10)

()

2010/C 246/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Döhler Neuenkirchen GmbH.

Konvenut: Hauptzollamt Oldenburg.

Domanda preliminari

L-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi li għandhom jiġu eżegwiti biss wara t-twettiq tal-proċedura doganali rilevanti li tkun intużat, b’tali mod li meta merkanzija importata taħt il-proċedura ta’ proċessar tad-dħul fil-forma ta’ sistema ta’ sospensjoni tkun parzjalment esportata mill-ġdid fit-terminu preskritt, in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li l-polza għar-rilaxx tal-merkanzija tiġi ppreżentata lill-uffiċċju responsabbli għas-sorveljanza fi żmien 30 jum mill-iskadenza tat-terminu għat-twettiq tal-proċedura jagħti lok għall-ħolqien ta’ dejn doganali fir-rigward tal-kwantità kollha tal-merkanzija importata koperta mill-polza għar-rilaxx tal-merkanzija jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 859(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), kif emendat bl-Artikolu 1(30)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001 (3)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 993/2001, tal-4 ta' Mejju 2001, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li istabbilixxi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 11, p. 286)