31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Xuan-Mai Tran vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

(Kawża C-239/10)

()

2010/C 209/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Xuan-Mai Tran

Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien ta’ negozju permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment tal-persuna li tħaddem, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna d-dissoluzzjoni u l-istralċ tal-istabbiliment ta’ kreditu tal-persuna li tħaddem minħabba insolvenza abbażi tal-Artikolu 61(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, waqfien li fir-rigward tiegħu l-liġi nazzjonali tipprevedi x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol b’effett immedjat?

(2)

Fil-każ li r-risposta għal din il-mistoqsija tkun fl-affermattiv, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kuratur jew l-istralċjarju huma assimilabbli għal persuna li tħaddem li jkollha l-intenzjoni li twettaq tkeċċijiet kollettivi u li tkun f’pożizzjoni li twettaq, minn din il-perspettiva, l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-direttiva u li twettaq dawn it-tkeċċijiet (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327

(2)  Sentenza, tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodrìguez Mayor et, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra