31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería (Spanja) fil-11 ta’ Mejju 2010 — Agueda María Saenz Morales vs Consejería para la Igualdad y Bienestar Social de la Junta de Andalucía
(Kawża C-230/10)
()
2010/C 209/26
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería (Spanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agueda María Saenz Morales.
Konvenut: Consejería para la Igualdad y Bienestar Social de la Junta de Andalucía.
Domanda preliminari
(1) |
Id-Direttiva 1999/70/KE (1) hija applikabbli għas-servizz pubbliku tal-amministrazzjoni tal-Junta de Andalucia (persunal temporanju) u, konsegwentement, il-persunal uffiċjali għandu d-dritt li jirċievi l-allowanċes ta’ kull tliet snin li jikkorrispondu għall-perijodu li matulu huwa ħadem bħala persunal temporanju? |
(1) Direttiva tal Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 3, p. 368)