31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Hannelore Adams vs Germanwings GmbH

(Kawża C-226/10)

()

2010/C 209/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hannelore Adams

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) japplika meta l-passiġġier, li kellu riżervazzjoni kkonfermata għal titjira bir-ritorn, ma jippreżentax ruħu għat-tlugħ fuq it-titjira tar-ritorn minħabba dawn iċ-ċirkustanzi:

it-trasportatur tal-ajru li jopera rrifjuta li jħalli lill-passiġġier, li kien ippreżenta ruħu fil-ħin għat-tlugħ fuq it-titjira inizjali, milli jitla’ fuq din it-titjira, kontra r-rieda ta’ dan il-passiġġier, u informah li lanqas ma kien ser iħallih jitla’ fuq it-titjira tar-ritorn.

it-trasportatur tal-ajru li jopera rrifjuta t-tlugħ minħabba li kkunsidra, b’mod żbaljat, li l-passiġġier kien għadu ma ħallasx somma dovuta bħala miżata amministrattiva fir-rigward ta’ nota ta’ kreditu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.