31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Mejju 2010 — Pacific World Limited, FDD International vs Commissioners for her Majesty's Revenue u Customs
(Kawża C-215/10)
()
2010/C 209/21
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pacific World Limited, FDD International.
Konvenuti: Commissioners for her Majesty's Revenue u Customs.
Domandi preliminari
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007 (1), tat-28 ta’ Novembru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda huwa validu sa fejn jikklassifika taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 id-dwiefer foloz u għaldaqstant, is-settijiet tad-dwiefer foloz deskritti fl-Anness I tal-imsemmi regolament? |
(2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, in-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li teħtieġ li, is-settijiet tad-dwiefer foloz inkwistjoni jiġu kklassifikati, bħala “Preparazzjonijiet għas-sbuħija jew għall-irtokk u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (minbarra medikamenti), inklużi prodotti għall-ħarsien mix-xemx jew preparazzjonijiet għas-sun tan; preparazzjonijiet għall-manikjur jew il-pedikjur […] preparazzjonijiet għall-manikjur jew il-pedikjur”, taħt is-subintestatura tariffarja 3304 30 00, jew, bħala “Oġġetti oħra ta’ pożati (per eżempju, qattiegħi x-xagħar (hair clippers), skieken tal-bejjigħ il-laħam jew tal-kċina, mannari u skieken għall-ikkapuljar, taljakarti); settijiet u strumenti tal-manikjur u tal-pedikjur (inklużi l-limi tad-dwiefer) […] settijiet u strumenti tal-manikjur u tal-pedikjur (inklużi l-limi tad-dwiefer)”, taħt is-subintestatura tariffarja 8214 20 00? |
(1) ĠU L 316, p. 4.