31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2010 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-201/10)

()

2010/C 209/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ze Fu Fleischhandel GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

L-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni pprovduta fl-Artikolu 195 BGB, fil-verżjoni fis-seħħ sa tmiem l-2001, fir-rigward ta’ dritt għal rimbors ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa, hija kompatibbli mal-prinċipju taċ-ċertezza legali tad-dritt Komunitarju?

(2)

L-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena pprovduta fl-Artikolu 195 BGB fir-rigward ta’ dritt għal rimbors ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt Komunitarju?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1), liema terminu ġie stabbilit minn qorti permezz ta’ poter ġudizzjarju ta’ emerġenza f’każ partikolari, skont l-iżvilupp ġudizzjarju tad-dritt, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali tad-dritt Komunitarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.