17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ April 2010 — Baris Unal vs Staatssecretaris van Justitie

(Kawża C-187/10)

2010/C 195/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Baris Unal.

Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie.

Domanda preliminarja

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, moqri, b’mod partikolari, flimkien mal-prinċipju taċ-ċertezza legali, jipprojbixxi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, wara li jkun skada t-terminu ta’ sena msemmi mill-artikolu ċċitat iktar ’il fuq, milli jirrevokaw, f’każ li ma hemmx aġir frawdolenti, il-permess ta’ residenza ta’ ħaddiem Tork b’effett retroattiv mill-mument li fih ma tibqax tiġi sodisfatta l-bażi legali nazzjonali li abbażi tagħha nħareġ il-permess ta’ residenza?