|
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fil-15 ta’ April 2010 — Tural Oguz vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-186/10)
(2010/C 179/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Tural Oguz
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Domanda preliminari
Jekk ċittadin Tork, li jkollu permess joqgħod fir-Renju Unit bil-kundizzjoni li ma jinvolvix ruħu f’negozju jew fi professjoni, jibda jaħdem bħala persuna li taħdem għal rasha bi ksur ta’ din il-kundizzjoni u mbagħad japplika mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jestendi dan il-permess fuq il-bażi tan-negozju li jkun stabbilixxa, ikun eliġibbli sabiex jibbenefika mill-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija?