19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fit-2 ta’ April 2010 — Fabrizio Cariulo vs Ministero dell’Interno

(Kawża C-173/10)

(2010/C 161/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fabrizio Cariulo

Konvenut: Ministero dell’Interno

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali (introdotta permezz tad-Digriet Bersani, Digriet-Liġi Nru 223 tal-4 ta’ Lulju 2006, li ġie implementat permezz tal-Liġi Nru 248 tal-4 ta’ Awwissu 2006) li tirregola “sistema nazzjonali […] li tipprovdi fost oħrajn:

(a)

l-eżistenza ta’ qafas ġenerali ta’ protezzjoni tas-sidien ta’ konċessjonijiet maħruġa preċedentement u wara proċedura ta’ sejħa għal offerti li eskludiet parti mill-operaturi b’mod illegali;

(b)

il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ż-żammade facto tal-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba (bħal pereżempju l-projbizzjoni għall-konċessjonarji l-ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabbiliti, mingħajr ma tiġi osservata distanza minima speċifika);

(ċ)

il-previżjoni ta’ ipoteżi ta’ dekadenza tal-konċessjoni fil-każ li l-konċessjonarju jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkun l-istess bħal-logħob li huwa s-suġġett tal-konċessjoni”;

hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE?