19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fis-7 ta’ April 2010 — Phonographic Performance (Ireland) Ltd vs L-Irlanda u l-Attorney General

(Kawża C-162/10)

(2010/C 161/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Phonographic Performance (Ireland) Ltd

Konvenuti: L-Irlanda u l-Attorney General

Domandi preliminari

(1)

L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tas-sodda tal-klijenti televiżjonijiet u/jew radjijiet li jiddistribwilhom sinjal ta’ xandir huwa “utent” li jagħmel “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma li tista’ tindaqq f’xandira għall-finijiet tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva Kodifikata 2006/115/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006?

(2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija fl-affermattiv, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE jobbliga lill-Istati Membri li jipprovdu dritt għall-ħlas ekwu mill-operatur tal-lukanda b’żieda ma’ ħlas ekwu mix-xandar għad-daqq tal-fonogramma?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija fl-affermattiv, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/115/KE jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw l-operaturi tal-lukandi mill-obbligu li jħallsu “ħlas uniku ekwu” minħabba “użu privat” fis-sens tal-Artikolu 10(1)(a)?

(4)

L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi apparat fil-kamra tas-sodda ta’ klijent (minbarra televiżjoni jew radju) u fonogrammi f’għamla fiżika jew diġitali li jista’ jindaqq jew jinstema’ minn apparat bħal dan huwa “utent” li jagħmel “komunikazzjoni lill-pubbliku” tal-fonogrammi fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE?

(5)

Jekk ir-risposta għad-domanda 4 hija fl-affermattiv, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/115/KE jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw l-operaturi tal-lukandi mill-obbligu li jħallsu “ħlas uniku ekwu” minħabba “użu privat” fis-sens tal-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115/KE?


(1)  Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata) (ĠU L 376, p. 28)