5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (il-Greċja) fid-29 ta’ Marzu 2010 — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon

(Kawża C-149/10)

2010/C 148/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (il-Greċja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zoi Chatzi.

Konvenuta: Ypourgos Oikonomikon.

Domandi preliminari

(1)

Huwa possibbli li jiġi dedott mill-Klawżola 2.1 tad-Direttiva 96/34/KE — tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC — interpretat flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-drittijet tat-tfal, kif ukoll mit-titjib fil-livell tal-ħarsien tal-imsemmija drittijiet miġjub mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tistabbilixxi wkoll dritt għal leave parentali, b’mod li l-għoti ta’ leave parentali wieħed f’każ ta’ twelid ta’ tewmin jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq it-twelid u minħabba restrizzjoni tad-drittijiet tat-tfal tewmin li mhijiex permessa bil-prinċipju ta’ proporzjonalità?

(2)

Fil-każ ta’ tweġiba negattiva għad-domanda preċedenti: il-kelma “twelid” fil-Klawżola 2.1 tad-Direttiva 96/34/KE timplika li l-għoti ta’ dritt doppju għall-ġeneturi li jaħdmu u li jingħatalhom l-leave parentali minħabba t-tqala tat-tewmin huwa r-riżultat tat-twelid suċċessiv taż-żewġt itfal (tewmin)? Jew timplika li l-leave parentali jingħata għal twelid, irrispettivament min-numru ta’ tfal imwielda mit-tqala, mingħajr ma’ dan il-fatt jikser l-ugwaljanza legali tal-Artikolu 20 tal-Karta?