22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fis-26 ta’ Frar 2010 — Ivana Scattolon vs Ministero dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-108/10)

2010/C 134/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ivana Scattolon

Konvenut: Ministero dell’Università e della Ricerca

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE (1), tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji u/jew id-Direttiva 2001/23/KE (2), tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji jew kull leġiżlazzjoni Komunitarja oħra applikabbli għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jistgħu jiġu applikati għal każ ta’ trasferiment ta’ persunal responsabbli minn servizzi awżiljarji ta’ tindif u manutenzjoni tal-iskejjel tal-istat minn entitajiet pubbliċi lokali (komuni u provinċi) għall-impjieg mal-istat, fejn it-trasferiment wassal għall-assunzjoni mhux biss tal-attivitajiet inkwistjoni u ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol mal-persunal (purtinara) kollu impjegat, iżda anki għall-kuntratti ta’ appalt li saru ma’ impriżi privati sabiex jiġu ggarantiti dawn is-servizzi?

(2)

Il-kontinwità tar-relazzjoni ta’ xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/187/KEE ċċitata iktar ’il fuq (inkorporata, fid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE (3), tad-29 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 77/187/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, fid-Direttiva 2001/23/KE ċċitata iktar ’il fuq) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kwantifikazzjoni tal-ħlasijiet mill-entità ġdida li tħaddem marbuta mal-anzjanità fis-servizz għandha tikkunsidra s-snin kollha li l-persunal ittrasferit ħadem, inkluż fihom dawk maħduma fis-servizz ta’ minn qed jittrasferixxi?

(3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/187/KEE ċċitata iktar ’il fuq u/jew id-Direttivi tal-Kunsill 98/50/KE u 2001/23/KE ċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-drittijiet tal-impjegati ttrasferiti għand l-entità ġdida li tħaddem jinkludu wkoll il-vantaġġi kweżiti mill-impjegat meta kien jaħdem għand minn qed jittrasferixxi, bħal dawk tal-anzjanità, jekk id-drittijiet ta’ natura ekonomika huma marbuta magħha skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ fi ħdan l-entità ġdida li tħaddem?

(4)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju fis-seħħ li jirrigwardaw iċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, l-ekwità proċedurali, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal qorti indipendenti, u b’mod iktar ġenerali is-smigħ xieraq, iggarantiti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat UE (kif emendat bl-Artikolu 1(8) tat-Trattat ta’ Lisbona u li għalih jirreferi l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) — moqri flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 u mal-Artikoli 46, 47 u 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, kif inkluża fit-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-addozzjoni mill-Istat Taljan, wara perijodu kunsiderevoli (ħames snin) ta’ dispożizzjoni li għandha interpretazzjoni awtentika differenti tal-kliem li għandu jiġi interpretat u tmur kontra l-interpretazzjoni stabbilita tal-istituzzjoni responsabbli mill-funzjoni tal-garanzija ta’ interpretazzjoni uniformi tal-liġi, dispożizzjoni li barra minn hekk hija rilevanti sabiex jiġu deċiżi kwistjonijiet li fihom huwa involut l-Istat Taljan stess?


(1)  ĠU L 61, p. 26

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98

(3)  ĠU L 201, p. 88