1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/31 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-103/10)
2010/C 113/48
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/121/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi sabiex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-transpożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 396, p. 851