1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Rouen (Franza) fit-8 ta’ Frar 2010 — Marc Berel, bħala mandatarju ta’ Société Port Angot Développement, is-Sur Hess, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Port Angot Développement, Société Rijn Schelde Mondia France, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, l-aventi kawża ta’ SAS Manutention de produits chimiques et miniers (Maprochim), Asia Pulp & Paper France vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre

(Kawża C-78/10)

2010/C 113/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Rouen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marc Berel, bħala mandatarju ta’ Société Port Angot Développement, is-Sur Hess, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Port Angot Développement, Société Rijn Schelde Mondial France, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, l-aventi kawża ta’ SAS Manutention de produits chimiques et miniers (Maprochim), Asia Pulp & Paper France

Konvenuti: Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre.

Domanda preliminari

L-Artikoli 213, 233 u 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (KDK) (1) jipprekludu li l-kodebitur responsabbli in solidum tad-dejn doganali li ma bbenefikax minn deċiżjoni ta’ remissjoni tal-imsemmi dejn ikun jista’ jinvoka, kontra l-amministrazzjoni inkarigata mill-irkupru, id-deċiżjoni ta’ remissjoni bbażata fuq l-Artikolu 239 tal-KDK li din tal-aħħar innotifikat lil kodebitur ieħor responsabbli in solidum sabiex ikun eżenti mill-ħlas tad-dejn doganali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).