17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fil-5 ta’ Frar 2010 — Brahim Samba Diouf vs Ministre du Travail, de l'Emploi et de l’Immigration

(Kawża C-69/10)

2010/C 100/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Brahim Samba Diouf

Konvenut: Ministre du Travail, de l’Emploi et de l’Immigration

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 39 tad-Direttiva 2005/85/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali bħal dik stabbilita fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 20(5) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ Mejju 2006, dwar id-dritt għal ażil u forom addizzjonali ta’ protezzjoni, li tipprovdi li applikant għall-ażil ma għandux dritt għal rimedju ġuridiku kontra d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva li tiddeċiedi fuq il-fondatezza tat-talba għal protezzjoni internazzjonali fil-kuntest tal-proċedura mħaffa?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva, il-prinċipju ġenerali ta’ rimedju effettiv fir-rigward tad-dritt Komunitarju ispirat mill-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-4 ta’ Novembru 1950, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali bħal dik stabbilita fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 20(5) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ Mejju 2006, dwar id-dritt għal ażil u forom addizzjonali ta’ protezzjoni, li tipprovdi li applikant għall-ażil ma għandux dritt għal rimedju ġuridiku kontra d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva li tiddeċiedi fuq il-fondatezza tat-talba għal protezzjoni internazzjonali fil-kuntest tal-proċedura mħaffa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168).