22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fit-13 ta’ Jannar 2010 — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-20/10)

2010/C 134/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trani.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vino Cosimo Damiano.

Konvenuta: Poste Italiane SpA.

Domandi preliminari

(1)

Il-Klawżola 8(3) tal-ftehim qafas li hemm fid-Direttiva 1999/70/KE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, introduċiet fl-ordni ġuridika nazzjonali każ ta’ kuntratt għal żmien fiss li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss tal-impjegati ta’ SpA Poste Italiane (sistema introdotta fl-Italja bl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet leġiżlattiv 368/2001)?

(2)

Sabiex jiġi ġġustifikat reformatio in pejus tal-leġiżlazzjoni preċedenti dwar kuntratt għal żmien fiss u sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-projbizzjoni prevista fil-Klawżola 8(3) tal-ftehim qafas stabbilit mid-Direttiva 1999/70/KE, huwa suffiċjenti li l-leġiżlatur nazzjonali jsegwi għan, ikun x’ikun, għajr dak li tiġi implementata d-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, jew huwa neċessarju li dan l-għan ikun mhux biss xieraq ta’ protezzjoni tal-inqas ekwa għal dak ippenalizzat, iżda għandu jkun ukoll “iddikjarat” espressament?

(3)

Il-Klawżola 3 tal-ftehim qafas li jinsab fid-Direttiva 1999/70/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, introduċiet fis-sistema legali Taljana każ ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss tal-impjegati ta’ SpA Poste Italiane?

(4)

Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza stabbilit fid-dritt Komunitarju jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP introduċiet fis-sistema legali Taljana każ ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss tal-impjegati ta’ SpA Poste Italiane, li jqiegħed l-impjegati ta’ SpA Poste Italiane fi żvantaġġ, kif ukoll, mhux biss fil-konfront ta’ din il-kumpannija, iżda wkoll impriżi oħra tal-istess settur jew ta’ settur ieħor?

(5)

L-Artikoli 82(1) u 86(1) u (2) KE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, introduċiet każ ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss għall-benefiċċju ta’ SpA Poste Italiane biss (impriża b’kapital kollu kemm hu pubbliku), u li jippermetti b’hekk l-istabbiliment u l-iskruttament ta’ pożizzjoni dominanti?

(6)

Jekk id-domandi preċedenti jingħataw risposta affermattiva, il-qorti nazzjonali hija marbuta twarrab (jew ma tapplikax) il-leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt Komunitarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368