|
13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/37 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Justitie, parti l-oħra: O. Inan
(Kawża C-9/10)
2010/C 63/59
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Staatssecretaris van Justitie
O. Inan.
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80[, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkija] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork li jagħmel parti mis-suq legali tal-impjieg ta’ Stat Membru ma jistgħux jibqgħu jinvokaw din id-dispożizzjoni wara li dan il-ħaddiem kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żamm iċ-ċittadinanza Torka? |
|
(2) |
Għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda, huwa rilevanti l-mument li fih il-ħaddiem Tork ikkonċernat kiseb iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti? |