|
13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia (L-Italja) fl-4 ta’ Jannar 2010 — Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl u Eolica di Altamrua s.r.l. vs Regione Puglia
(Kawża C-2/10)
2010/C 63/54
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda Agro-Zootecnica Franchini sarl u Eolica di Altamura s.r.l.
Konvenuta: Regione Puglia
Domanda preliminari
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-paragrafu 1226 tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006, tal-Artikolu 5(1) tad-Digriet tal-Ministeru għall-Ambjent u għall-Protezzjoni tat-territorju u tal-baħar tas-17 ta’ Ottubru 2007 u tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 2 tal-Liġi Reġjonali Nru 31 ta’ Puglia, tal-21 ta’ Ottubru 2008, huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari mal-prinċipji li jirriżultaw mid-Direttivi 2001/77/KE (1) u 2009/28/KE (2) (dwar l-enerġija rinovabbli) u mid-Direttivi 1979/409/KE (3) u 1992/43/KE (4) (dwar il-protezzjoni tal-għasafar u tal-habitats naturali), inkwantu dawn jipprojbixxu assolutament u bla distinzjoni, li turbini tar-riħ mhux intiżi għall-konsum proprju jitqiegħdu f’siti ta’ importanza għall-Komunità (SIK) u f’żoni speċjali ta’ protezzjoni (ŻSP) li jikkostitwixxu n-netwerk ekoloġiku “NATURA 2000”, minflok ma jiġi previst li ssir stima adegwata tal-effetti ambjentali li tanalizza l-impatt tal-proġett maħsub fuq is-sit speċifikament ikkonċernat bl-intervent? |
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121
(2) ĠU L 140, p. 16
(3) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98
(4) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102