Kawża C-591/10

Littlewoods Retail Ltd et

vs

Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division)

“It-Tieni u s-Sitt Direttivi tal-VAT — Taxxa tal-input imħallsa — Ħlas lura tal-eċċess — Ħlas tal-interessi — Modalitajiet”

Sommarju tas-sentenza

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet mogħtija lill-individwi – Taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Ħlas lura tat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll tal-interessi fuq dan l-ammont ta’ din tal-aħħar – Modalitajiet – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività u ta’ ekwivalenza – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 11Ċ(1))

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-persuna taxxabbli li tkun ħallset ammont żejjed ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li kien inġabar mill-Istat Membru kkonċernat bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandha dritt għall-ħlas lura tat-taxxa mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll għall-ħlas ta’ interessi fuq dan l-ammont. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, jekk is-somma prinċipali għandhiex ikollha interessi skont sistema tal-interessi sempliċi, jew skont sistema ta’ interessi komposti jew sistema oħra ta’ interessi.

Il-prinċipju ta’ effettività jipprojbixxi lil Stat Membru milli jrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, jirrikjedi li r-regoli nazzjonali li b’mod partikolari jirrigwardaw il-kalkolu tal-interessi eventwalment dovuti, ma jwasslux biex iċaħħdu lill-persuna taxxabbli minn kumpens xieraq minħabba fit-telf ikkawżat mill-ħlas indebitu tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel il-verifiki neċessarji f’dan ir-rigward.

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jippresupponi li r-regola nazzjonali inkwistjoni tapplika mingħajr distinzjoni għall-azzjonijiet ibbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk ibbażati fuq il-ksur tad-dritt intern li jkollhom skop u kawżalità simili. Madankollu, dan il-prinċipju ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jobbliga Stat Membru li jestendi s-sistema interna l-iktar favorevoli għall-azzjonijiet kollha ppreżentati f’qasam partikolari tad-dritt. Sabiex jiġi vverifikat jekk dan il-prinċipju huwiex osservat, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju, inkwantu hija biss għandha għarfien dirett tal-modalitajiet proċedurali tal-azzjonijiet ta’ ħlas lura fil-konfront tal-Istat, li tivverifika jekk il-modalitajiet proċedurali intiżi sabiex jiżguraw, fid-dritt intern, il-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni humiex konformi ma’ dan il-prinċipju u li teżamina kemm l-għan kif ukoll l-elementi essenzjali tal-azzjonijiet allegatament simili ta’ natura interna. Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika x-xebh bejn l-azzjonijiet ikkonċernati fid-dawl tal-iskop, il-kawżalità u l-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(ara l-punti 28-31, 34 u d-dispożittiv)

Kawża C-591/10

Littlewoods Retail Ltd et

vs

Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division)

“It-Tieni u s-Sitt Direttivi tal-VAT — Taxxa tal-input imħallsa — Ħlas lura tal-eċċess — Ħlas tal-interessi — Modalitajiet”

Sommarju tas-sentenza

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet mogħtija lill-individwi — Taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Ħlas lura tat-taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll tal-interessi fuq dan l-ammont ta’ din tal-aħħar — Modalitajiet — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività u ta’ ekwivalenza — Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali