Kawża C-566/10 P

Ir-Repubblika Taljana

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni kompluta fi tliet lingwi uffiċjali — Lingwa użata għall-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Novembru 2012

  1. Unjoni Ewropea – Sistema lingwistika – Regolament Nru 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom – Inklużjoni fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet regolamentarji speċjali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1)

  2. Uffiċjali – Kompetizzjoni – Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali – Pubblikazzjoni kompluta fil-Ġurnal Uffiċjali biss f’ċerti lingwi uffiċjali – Inammissibbiltà – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Pubblikazzjoni tal-emendi fil-lingwi uffiċjali kollha – Assenza ta’ effett

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1); Anness III, Artikolu 1(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 5)

  3. Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi użati għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Ugwaljanza fit-trattament – Rekwiżit ta’ għarfien lingwistiku speċifiku – Motivazzjoni – Ġustifikazzjoni fid-dawl tal-interess tas-servizz – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d u s-subparagrafu 1 tal-Artikolu 27)

  4. Uffiċjali – Appelli – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali – Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula – Assenza ta’ eżami mill-ġdid tar-riżultati tal-kompetizzjonijiet

    (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

  1.  Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet regolamentarji speċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-membri tal-persunal u ta’ dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward fir-regoli ta’ proċedura li jistgħu jadottaw l-istituzzjonijiet, l-ebda test ma jwassal għall-konklużjoni li r-relazzjonijiet bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħhom, li taħthom jaqgħu l-avviżi ta’ kompetizzjoni, huma totalment esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea, li l-Artikolu 1 tiegħu jiddikjara espliċitament liema huma l-lingwi tal-ħidma tal-istituzzjonijiet. A fortiori dan huwa l-istess għal dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet bejn istituzzjonijiet u kandidati għall-kompetizzjoni esterna li, fil-prinċipju, la huma uffiċjali u lanqas membri tal-persunal.

    (ara l-punti 67-69)

  2.  Skont l-Artikolu 1(2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, moqri flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea, li jipprovdi li Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandu joħroġ bil-lingwi uffiċjali kollha, l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom bil-lingwi uffiċjali kollha.

    Peress li dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprovdu ebda eċċezzjoni, il-pubblikazzjoni sussegwenti, bil-lingwi uffiċjali kollha, tal-emendi li jinkludu biss informazzjoni fil-qosor, ma tirrimedjax għall-assenza ta’ pubblikazzjoni kompluta tal-avviżi ta’ kompetizzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali bil-lingwi uffiċjali kollha. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawn l-emendi jkun fihom ċertu informazzjoni dwar il-kompetizzjoni, jekk jiġi preżunt li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jaqraw Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-lingwa materna tagħhom u li din il-lingwa hija waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kandidat potenzjali li l-lingwa materna tiegħu ma hijiex waħda mil-lingwi tal-pubblikazzjoni kompluta tal-avviżi ta’ kompetizzjoni għandu jakkwista dan il-Ġurnal b’waħda minn dawn il-lingwi u jaqra l-avviż b’din il-lingwa qabel ma jiddeċiedi jekk jixtieqx japplika għal waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet. Tali kandidat huwa fi żvantaġġ meta mqabbel ma’ kandidat li l-lingwa materna tiegħu hija waħda mil-lingwi li bihom l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġew ippubblikati b’mod komplut, kemm għal dak li jikkonċerna l-fatt li jifhem dawn l-avviżi b’mod korrett, kif ukoll għal dak li jikkonċerna t-terminu sabiex jipprepara u jibgħat kandidatura għal dawn il-kompetizzjonijiet.

    Dan l-iżvantaġġ huwa l-konsegwenza tad-differenza fit-trattament ibbażata fuq il-lingwa ipprojbita mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal iġġenerata minn dawn il-pubblikazzjonijiet. Fil-fatt, il-prattika ta’ pubblikazzjoni limitata ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità u għaldaqstant tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba l-lingwa, ipprojbita mill-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.

    (ara l-punti 71-75, 77)

  3.  Limitazzjoni tal-għażla ta’ lingwa bħala t-tieni lingwa għall-parteċipazzjoni għall-kompetizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-interess tas-servizz. B’mod partikolari, l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal jawtorizza limiti għall-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità. Madankollu, huwa importanti li dan l-interess tas-servizz ikun oġġettivament iġġustifikat u li l-livell ta’ għarfien tal-lingwi meħtieġ ikun proporzjonat mal-bżonnijiet reali tas-servizz. Barra minn hekk, ir-regoli li jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għandhom jipprevedu kriterji ċari, oġġettivi u prevedibbli sabiex il-kandidati jkunu jistgħu jsiru jafu suffiċjentement bil-quddiem liema eżiġenzi lingwistiċi huma meħtieġa, u dan sabiex ikunu jistgħu jippreparaw ruħhom għall-kompetizzjonijiet fl-aħjar kundizzjonijiet.

    Sal-punt fejn huwa possibbli li għan leġittimu ta’ interess ġenerali jista’ jiġi invokat u l-eżistenza vera tiegħu murija, differenza fit-trattament minħabba l-lingwa għandha, barra minn hekk, tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri li hija għandha tkun adatta sabiex tilħaq l-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tintlaħaq. Fil-fatt, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-reklutaġġ tal-uffiċjali għandu jimmira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta’ uffiċjali tal-ogħla livell ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità. Peress li dan l-għan jista’ jkun issalvagwardjat aħjar meta l-kandidati jkunu awtorizzati jippreżentaw l-eżamijiet ta’ selezzjoni fil-lingwa materna tagħhom jew fit-tieni lingwa li huma jqisu ruħhom tajbin fiha, huwa l-obbligu tal-istituzzjonijiet, f’dan ir-rigward, li jibbilanċjaw l-għan leġittimu li jiġġustifika l-limitazzjoni tan-numru ta’ lingwi tal-kompetizzjonijiet u l-għan li jiġu identifikati l-kandidati li għandhom l-ogħla kwalitajiet ta’ kompetenza.

    Barra minn hekk, l-għarfien tal-lingwi tal-uffiċjali huwa element essenzjali fil-karriera tagħhom u l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom diversi mezzi sabiex jistħarrġu dan l-għarfien u l-isforz li jagħmlu l-uffiċjali sabiex ipoġġu fil-prattika dan l-għarfien u sabiex eventwalment jakkwistaw għarfien ġdid. F’dan ir-rigward, huwa għaldaqstant l-obbligu tal-istituzzjonijiet li jibbilanċjaw l-għan leġittimu li jiġġustifika l-limitazzjoni tan-numru ta’ lingwi tal-kompetizzjonijiet u l-possibbiltajiet ta’ tagħlim mill-uffiċjali impjegati, fi ħdan l-istituzzjonijiet, tal-lingwi neċessarji għall-interess tas-servizz.

    (ara l-punti 87, 88, 90, 91, 93, 94, 96, 97)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 102, 103)

Kawża C-566/10 P

Ir-Repubblika Taljana

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni kompluta fi tliet lingwi uffiċjali — Lingwa użata għall-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Novembru 2012

  1. Unjoni Ewropea — Sistema lingwistika — Regolament Nru 1 — Kamp ta’ applikazzjoni — Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom — Inklużjoni fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet regolamentarji speċjali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1)

  2. Uffiċjali — Kompetizzjoni — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali — Pubblikazzjoni kompluta fil-Ġurnal Uffiċjali biss f’ċerti lingwi uffiċjali — Inammissibbiltà — Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Pubblikazzjoni tal-emendi fil-lingwi uffiċjali kollha — Assenza ta’ effett

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1); Anness III, Artikolu 1(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 5)

  3. Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi użati għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Ugwaljanza fit-trattament — Rekwiżit ta’ għarfien lingwistiku speċifiku — Motivazzjoni — Ġustifikazzjoni fid-dawl tal-interess tas-servizz — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d u s-subparagrafu 1 tal-Artikolu 27)

  4. Uffiċjali — Appelli — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula — Assenza ta’ eżami mill-ġdid tar-riżultati tal-kompetizzjonijiet