Kawża C-524/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Portugiża

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 296 sa 298 — Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa — Perċentwali fissa ta’ kumpens b’rata żero”

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Skema b’rata fissa applikabbli għall-bdiewa

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 296 sa 298)

Stat Membru li jeżenta lill-bdiewa mill-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li japplika perċentwali fissa ta’ kumpens b’rata żero jkun qiegħed jonqos mill-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 296 sa 298 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

Ma jistax jiġi ammess li eżenzjoni sempliċi tal-attivitajiet agrikoli, peress li din tkun, mill-perspettiva funzjonali, ekwivalenti għall-applikazzjoni ta’ perċentwali fissa ta’ kumpens b’rata żero, tista’ tiġi kkunsidrata bħala traspożizzjoni adegwata tar-regoli tal-imsemmija direttiva relatati mal-iskema agrikola b’rata fissa u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 296 sa 298 ta’ din tal-aħħar.

Fil-fatt, il-possibbiltà li jitnaqqsu l-perċentwali fissi ta’ kumpens sar-rata żero tikkostitwixxi possibbiltà addizzjonali għal dik ta’ arrotondament tal-perċentwali ’l fuq jew l-isfel sa l-eqreb nofs punt kif prevista fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 298 tad-Direttiva 2006/112. Madankollu dik il-possibbiltà ta’ tnaqqis sar-rata żero hija offruta lill-Istati Membri biss meta l-perċentwali li jirriżultaw mill-kalkoli mwettqa skont l-ewwel paragrafu tal-istess Artikolu 298, anki meta dawn ikunu ikbar minn 0.5 %, ma jkunux inqas negliġibbli u, konsegwentement, meta l-piż globali tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud sostnuta mill-bdiewa b’rata fissa jkun jista’ jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

Barra minn hekk, għalkemm id-data makroekonomika relatata biss mal-bdiewa b’rata fissa, li jagħmel riferiment għaliha l-Artikolu 298 tad-Direttiva 2006/112, tinkludi, tindika d-dħul (konsum intermedju u formazzjoni sħiħa tal-assi fissi) u l-ħruġ (produzzjoni finali inkluża l-awtokonsumazzjoni), kif ukoll l-ammont totali tat-taxxi relatati mad-dħul, il-perċentwali fissi ta’ kumpens jinkisbu billi jiġi diviż l-ammont totali ta’ taxxi relatati mad-dħul bil-ħruġ. Għaldaqstant, it-taxxa tal-output fuq il-valur miżjud eventwalment dovuta u, għaldaqstant, is-sitwazzjoni eventwali ta’ kreditu ta’ taxxa tal-bdiewa, b’mod partikolari dawk li jaqgħu taħt l-iskema b’rata fissa, ma tittiħidx inkunsiderazzjoni fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-perċentwali fissa ta’ kumpens applikabbli.

(ara l-punti 54, 55, 59, 68)

Kawża C-524/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Portugiża

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 296 sa 298 — Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa — Perċentwali fissa ta’ kumpens b’rata żero”

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Skema b’rata fissa applikabbli għall-bdiewa