Kawża C-480/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju tal-Isvezja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Ilmenti ġodda invokati fir-rikors promotur – Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE)

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Assenza ta’ koinċidenza

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 11)

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 11)

  4. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – Possibbiltà għall-Istati Membri li jqisu lil persuni li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin li huma persuna taxxabbli waħda – Leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-prattika tillimita għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jifformaw grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Assenza

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 11(a))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 15, 16, 18, 19)

  2.  Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jikkostitwixxi l-espressjoni, fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti, sakemm differenzazzjoni ma tkunx oġġettivament iġġustifikata. Madankollu, filwaqt li nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali jista’ jkun possibbli biss bejn operaturi ekonomiċi kompetituri, ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament jista’ jkun ikkaratterizzat, fil-qasam fiskali, minn tipi oħra ta’ diskriminazzjonijiet, li jolqtu operaturi ekonomiċi li għalkemm ma jkunux neċessarjament kompetituri xorta waħda jkunu jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli minn aspetti oħra. Għalhekk, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fil-qasam fiskali, ma jikkoinċidix mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali.

    (ara l-punti 17, 18)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 34)

  4.  L-Istat Membru li jillimita fil-prattika għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jifformaw grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma jonqosx milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

    Fil-fatt, fir-rigward tal-għanijiet segwiti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li ma jorbtux sistematikament il-kwalità ta’ persuna taxxabbli mal-kunċett ta’ indipendenza purament ġuridika, u dan jew fl-interessi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva jew sabiex jiġu evitati ċerti abbużi bħal, pereżempju, il-qsim ta’ impriża f’diversi persuni taxxabbli bil-għan li jibbenefikaw minn regoli partikolari.

    Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112 jippermetti wkoll lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jevitaw li l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu tippermetti l-frodi jew l-evażjoni fiskali. B’hekk, bil-kundizzjoni li josservaw id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tar-regoli previsti fl-imsemmi Artikolu 11 sabiex jiġu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni fiskali.

    Issa, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx b’mod konvinċenti li, fid-dawl tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, din il-miżura ma kinitx fondata.

    (ara l-punti 37-40)

Kawża C-480/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju tal-Isvezja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Suġġett tat-tilwima — Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża — Ilmenti ġodda invokati fir-rikors promotur — Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE)

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Assenza ta’ koinċidenza

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 11)

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Persuni taxxabbli — Kunċett — Interpretazzjoni awtonoma u uniformi

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 11)

  4. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Persuni taxxabbli — Kunċett — Possibbiltà għall-Istati Membri li jqisu lil persuni li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin li huma persuna taxxabbli waħda — Leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-prattika tillimita għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jifformaw grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu li huma persuna taxxabbli waħda — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Assenza