Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 – Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C-458/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 98/83/KE – Ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem – Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta”
Approssimazzjoni tal-liġijiet - Kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem - Direttiva 98/83 - Eżekuzzjoni mill-Istati Membri - Awtorizzazzjoni ta’ derogi fir-rigward tal-valuri parametriċi stabbiliti mid-direttiva - Kundizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tosservax dawn il-kundizzjonijiet - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 98/83, Artikolu 9(3) (ara l-punti 28, 29)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta tal-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90) - Distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb li ma tissodisfax il-valuri parametriċi rikjesti - Sistema ta’ derogi. |
Dispożittiv
1) |
Billi ma ttrasponiex b’mod komplet u korrett l-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva. |
2) |
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż. |