Kawża C-456/10

Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)

vs

Administración del Estado

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)

“Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk milli jimportaw prodotti tat-tabakk — Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk — Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tal-konsumaturi”

Sommarju tas-sentenza

  1. Monopolji nazzjonali ta’ natura kummerċjali – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Regoli dwar l-eżistenza u l-funzjonament ta’ monopolju —Monopolju nazzjonali fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tat-tabakk

    (Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-merkanzija – Restrizzjonijiet kwantitattivi – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk milli jimportaw prodotti tat-tabakk li joriġinaw minn Stati Membri oħra – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza

    (Artikolu 34 TFUE)

  1.  Il-kompatibiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk milli jimportaw prodotti tat-tabakk għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 34 TFUE u mhux tal-Artikolu 37 peress li, minn naħa, hija taffettwa l-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni mingħajr madankollu ma tirregola l-eżerċizzju tad-dritt ta’ esklużività li jikkonċerna monopolju ta’ natura kummerċjali u, min-naħa l-oħra, hija distakkata mill-funzjonament tal-monopolju minħabba li ma tirreferix għall-metodi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tat-tabakk fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, iżda għas-suq upstream ta’ dawn il-prodotti. Fil-fatt, miżura bħal din ma hijiex intiża biex torganizza s-sistema ta’ għażla ta’ prodotti mill-monopolju u la tiffoka fuq in-netwerk ta’ bejgħ tal-monopolju kkonċernat u lanqas fuq il-kummerċjalizzazzjoni jew ir-reklamar ta’ prodotti distribwiti mill-imsemmi monopolju.

    (ara l-punti 22, 26, 29-31)

  2.  L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-proprjetarji ta’ ħwienet tat-tabakk u tal-bolol milli jeżerċitaw attività ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk minn Stati Membri oħra.

    Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fis-sens li din id-dispożizzjoni, peress li tobbliga lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk jordnaw provvisti mingħand grossisti awtorizzati. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jikkummerċjalizzaw prodott tat-tabakk li joriġina minn Stat Membru ieħor biss jekk dan il-prodott ikun disponibbli fil-gamma ta’ prodotti tal-grossisti awtorizzati fl-Istat Membru kkonċernat u jekk dawn ikollhom fl-istokk.

    Barra minn hekk, din ir-restrizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata la mill-interess li jiġi żgurat kontroll fiskali, doganali u sanitarju tal-prodotti tat-tabakk, la minn dak li jiġu protetti l-konsumaturi, u lanqas minn motivi ta’ natura purament ekonomika.

    (ara l-punti 38, 39, 50, 52, 53, 56 u d-dispożittiv)

Kawża C-456/10

Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)

vs

Administración del Estado

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)

“Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk milli jimportaw prodotti tat-tabakk — Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk — Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tal-konsumaturi”

Sommarju tas-sentenza

  1. Monopolji nazzjonali ta’ natura kummerċjali — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Regoli dwar l-eżistenza u l-funzjonament ta’ monopolju —Monopolju nazzjonali fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tat-tabakk

    (Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-merkanzija — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk milli jimportaw prodotti tat-tabakk li joriġinaw minn Stati Membri oħra — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Assenza