Kawża C-419/10

Wolfgang Hofmann

vs

Freistaat Bayern

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof)

“Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha ġiet irtirata fit-territorju tiegħu, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor”

Sommarju tas-sentenza

Trasport – Trasport bit-triq – Liċenzja tas-sewqan – Direttiva 2006/126 – Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan – Irtirar tal-liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru, flimkien ma’ projbizzjoni temporanja li tinkiseb liċenzja ġdida – Liċenzja maħruġa fi Stat Membru ieħor wara t-tmiem tal-perijodu ta’ projbizzjoni temporanja

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/126, Artikoli 2(1) u 11(4))

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jirrifjuta, lil hinn minn kull perijodu ta’ projbizzjoni għal applikazzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida imposta fuq id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u meta saħansitra l-kundizzjoni ta’ residenza normali fit-territorju ta’ dan tal-aħħar tkun ġiet osservata, li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan, meta l-imsemmi detentur kien is-suġġett, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, ta’ miżura ta’ rtirar ta’ liċenzja tas-sewqan preċedenti.

(ara l-punt 91 u d-dispożittiv)

Kawża C-419/10

Wolfgang Hofmann

vs

Freistaat Bayern

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof)

“Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha ġiet irtirata fit-territorju tiegħu, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor”

Sommarju tas-sentenza

Trasport — Trasport bit-triq — Liċenzja tas-sewqan — Direttiva 2006/126 — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Irtirar tal-liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru, flimkien ma’ projbizzjoni temporanja li tinkiseb liċenzja ġdida — Liċenzja maħruġa fi Stat Membru ieħor wara t-tmiem tal-perijodu ta’ projbizzjoni temporanja