Kawża C-414/10

VELECLAIR SA

vs

Ministre du Budget, des Comptes publics et de la Réforme de l’État

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza))

“VAT — Sitt Direttiva — Artikolu 17(2)(b) — Intaxxar ta’ prodott importat minn pajjiż terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni — Kundizzjoni — Ħlas effettiv tal-VAT mill-persuna taxxabbli”

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tnissil u portata tad-dritt għal tnaqqis

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 17(2)(b))

L-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru jissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni għall-ħlas effettiv minn qabel ta’ din it-taxxa mill-persuna taxxabbli meta din tal-aħħar hija wkoll id-detentur tad-dritt għal tnaqqis.

(ara l-punt 35 u d-dispożittiv)

Kawża C-414/10

VELECLAIR SA

vs

Ministre du Budget, des Comptes publics et de la Réforme de l’État

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza))

“VAT — Sitt Direttiva — Artikolu 17(2)(b) — Intaxxar ta’ prodott importat minn pajjiż terz — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni — Kundizzjoni — Ħlas effettiv tal-VAT mill-persuna taxxabbli”

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Tnissil u portata tad-dritt għal tnaqqis