Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P

Bouygues SA u Bouygues Télécom SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea et

“Appelli — Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Proġett ta’ self minn azzjonist — Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membru tal-gvern Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u ma tordnax l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ vantaġġ finanzjarju — Kunċett ta’ impenn tar-riżorsi tal-Istat”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2013

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Stabbiliment tal-għan tal-proċeduri amministrattivi – Ilment li jirrigwarda bosta miżuri – Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq ċerti uħud fosthom – Ċaħda ta’ talba li tirrigwarda l-miżuri l-oħra – Esklużjoni

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4(4), 6(1) u 13(1))

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti attribwibbli lill-Istat ta’ vantaġġ permezz tar-riżorsi tal-Istat – Vantaġġi li jwasslu għall tnaqqis tal-baġit tal-Istat jew ta’ riskju ta’ tali tnaqqis – Assenza ta’ korrispondenza jew ta’ ekwivalenza bejn vantaġġ mogħti u tnaqqis tal-baġit – Inklużjoni – Vantaġġ fil-forma ta’ bosta interventi konsekuttivi li għandhom bejniethom rabtiet indiżassoċjabbli – Evalwazzjoni tal-miżuri meħuda fl-intier tagħhom

    (Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE)

  1.  Skont l-Artikoli 4(4), 6(1), u 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 88 KE, id-deċiżjoni dwar ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna mill-Istat u invit lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom huma meħtieġa kemm sabiex jiġi stabbilit l-għan tal-proċeduri amministrattivi kif ukoll sabiex tiġi żgurata informazzjoni tal-Kummissjoni kemm jista’ jkun kompluta.

    B’hekk jekk, sussegwentement għal ilment li jirrigwarda bosta miżuri meħuda mill-gvern ta’ Stat Membru li fosthom jidhru dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula minnu, il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali biss fir-rigward ta’ ċerti uħud fosthom, l-assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tad-dikjarazzjonijiet li ma humiex previsti mill-imsemmija ftuħ ma jistgħux ikunu assimilati fihom infushom ma’ deċiżjoni li tiċħad l-allegazzjonijiet tal-lanjanti. B’hekk, fl-assenza ta’ deċiżjoni kumplimentari ta’ natura li testendi l-portata tal-proċeduri amministrattivi għall-kwistjoni dwar jekk dawn id-dikjarazzjonijiet jammontawx, fihom infushom, għal għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ma tirrispondix, permezz tad-deċiżjoni dwar ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, għal dawn l-elementi tal-ilment.

    (ara l-punti 70-72, 77, 78)

  2.  Huma biss il-vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat jew li jammontaw għal piż supplimentari għall-Istat li għandhom jitqiesu li huma għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. B’hekk, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rabta suffiċjentement diretta bejn, minn naħa, il-vantaġġ mogħti lil benefiċjarju u, min-naħa l-oħra, tnaqqis tal-baġit tal-Istat, saħansitra riskju ekonomiku suffiċjentement konkret tal-piżijiet li jaqgħu fuqu. Min-naħa l-oħra, la huwa neċessarju li tali tnaqqis, jew anki tali riskju, jikkorrispondi jew ikun ekwivalenti għall-vantaġġ, la li dan tal-aħħar ikollu bħala konsegwenza tali tnaqqis jew tali riskju, u lanqas li jkun tal-istess natura bħall-impenn tar-riżorsi tal-Istat minn fejn jirriżulta.

    Barra minn hekk, f’każ ta’ bosta interventi, l-interventi statali jieħdu forom differenti u għandhom ikunu analizzati abbażi tal-effetti tagħhom, ma jkunx eskluż, li bosta interventi konsekuttivi tal-Istat għandhom, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 107(1), ikunu meqjusa li huma intervent wieħed. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ meta interventi konsekuttivi jippreżentaw, fir-rigward b’mod partikolari tal-kronoloġija tagħhom, tal-għan tagħhom u tas-sitwazzjoni tal-impriża fil-mument ta’ dawn l-interventi, rabtiet tant stretti bejniethom li huwa impossibbli li jiġu diżassoċjati.

    (ara l-punti 99, 100, 103, 104, 109, 110)

Kawżi magħquda C-399/10 P u C-401/10 P

Bouygues SA u Bouygues Télécom SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea et

“Appelli — Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Proġett ta’ self minn azzjonist — Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membru tal-gvern Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u ma tordnax l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ vantaġġ finanzjarju — Kunċett ta’ impenn tar-riżorsi tal-Istat”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2013

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Stabbiliment tal-għan tal-proċeduri amministrattivi — Ilment li jirrigwarda bosta miżuri — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq ċerti uħud fosthom — Ċaħda ta’ talba li tirrigwarda l-miżuri l-oħra — Esklużjoni

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4(4), 6(1) u 13(1))

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti attribwibbli lill-Istat ta’ vantaġġ permezz tar-riżorsi tal-Istat — Vantaġġi li jwasslu għall tnaqqis tal-baġit tal-Istat jew ta’ riskju ta’ tali tnaqqis — Assenza ta’ korrispondenza jew ta’ ekwivalenza bejn vantaġġ mogħti u tnaqqis tal-baġit — Inklużjoni — Vantaġġ fil-forma ta’ bosta interventi konsekuttivi li għandhom bejniethom rabtiet indiżassoċjabbli — Evalwazzjoni tal-miżuri meħuda fl-intier tagħhom