Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Suġġett tal-kawża - Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża - Obbligu li tiġi ppreżentata espożizzjoni koerenti u dettaljata tal-ilmenti - Portata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 19, 20)

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [arja ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) - Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex il-konċentrazzjonijiet ta’ PM 10 fl-arja ċirkostanti ma jaqbżux il‑valuri limitu stabbiliti.

Dispożittiv

1)

Parti operattiva

Billi qabżet, għas-snin 2005 sa 2007, il-valuri limitu applikabbli għall‑konċentrazzjonijiet annwali u ta’ kuljum ta’ PM 10 fl-arja ċirkostanti, ir‑Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l‑Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l‑ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti].

2) Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.