Kawża C-340/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika ta’ Ċipru

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Artikoli 4(1) u 12(1) — Nuqqas ta’ inklużjoni fit-terminu previst tal-Lag Paralimni bħala sit ta’ importanza għall-Komunità — Sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru)”

Sommarju tas-sentenza

  1. Proċedura — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti — Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Għan — Rikors ibbażat fuq ilment li ma huwiex indikat matul l-fażi prekontenzjuża — Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 92(2))

  2. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Sit li jista’ jiġi identifikat bħala ta’ importanza Komunitarja, iżda li ma huwiex irreġistrat fil-lista nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 3(1) u 4(1))

  3. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali elenkati fil-punt (a) tal-Anness IV — Miżuri neċessarji sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ħarsien

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 12(1), u Anness IV, punt (a))

  1.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ f’kull ħin, skont l-Artikolu 92(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, teżamina ex officio eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku.

    Fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-proċedura prekontenzjuża għandha l-għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jagħmel użu mill-eċċezzjonijiet tiegħu kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni. L-għan tar-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE huwa għalhekk limitat mill-proċedura prekontenzjuża pprovduta minn din id-dispożizzjoni. Għalhekk, ir-rikors ma jistax ikun ibbażat fuq ilmenti differenti minn dawk iddikjarati fil-proċedura prekontenzjuża.

    (ara l-punti 20, 21)

  2.  F’dak li jikkonċerna siti li huma eliġibli biex jiġu identifikati bħala siti ta’ importanza għall-Komunità, li jidhru fil-listi nazzjonali mogħtija lill-Kummissjoni u, b’mod partikolari, tas-siti li fihom tipi ta’ habitat naturali prijoritarju jew ta’ speċi prijoritarji, l-Istati Membri huma marbutin, skont id-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, li jieħdu, miżuri ta’ ħarsien xierqa, fir-rigward tal-għan ta’ preżervazzjoni stabbilit f’din id-direttiva, b’ħarsien tal-interess ekoloġiku rilevanti li dawn is-siti għandhom fuq livell nazzjonali

    Is-sistema ta’ ħarsien adegwat applikabbli għas-siti inklużi fil-lista nazzjonali mibgħuta lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, teżiġi li l-Istati Membri ma jawtorizzawx interventi li jirriskjaw li jikkompromettu b’mod serju l-karatteristiċi ekoloġiċi ta’ dawn is-siti. Kif jiġri b’mod partikolari fil-każ fejn intervent jirriskja jew li jnaqqas mod sinjifikattiv is-superfiċi ta’ sit, jew li jwassal għall-qerda ta’ speċi prijoritarji preżenti fis-sit, jew, fl-aħħar nett, li jwassal għall-qerda tas-sit jew tal-karatteristiċi rappreżentattivi tiegħu.

    Fil-fatt, kieku ma kienx hekk, il-proċess deċiżjonali fuq livell tal-Unjoni, li ma huwiex ibbażat biss fuq l-integrità tas-siti kif notifikati mill-Istat Membri, iżda li huwa wkoll ikkaratterizzat minn paraguni ekoloġiċi bejn is-siti differenti proposti mill-Istati Membri, jirriskja li jiġi ostakolat u l-Kummissjoni ma tkunx iktar f’pożizzjoni li taqdi l-funzjonijiet tagħha fis-settur ikkunsidrat jiġifieri, b’mod partikolari, li tiddetermina l-lista ta’ siti magħżula bħala siti ta’ importanza għall-Komunità bil-għan tal-ħolqien ta’ netwerk ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ preżervazzjoni.

    Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti japplikaw, ukoll, mutatis mutandis, għas-siti li ma humiex ikkontestati mill-Istat Membru kkonċernat li jissodisfaw il-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43, u li, għalhekk, kellhom jidhru fil-lista nazzjonali ta’ siti ta’ importanza Komunitarja proposti mibgħuta lill-Kummissjoni. Fil-fatt, ma jistax jiġi ammess, skont din id-direttiva u l-għanijiet li trid tikseb, li sit, li l-Istat Membru kkonċernat ma jikkontestax li għandu jiġi inkluż f’dik il-lista, ma jgawdi minn ebda ħarsien.

    Għaldaqstant, jonqos milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skont id-Direttiva 92/43, Stat Membru li jittollera attivitajiet li jikkompromettu serjament il-karatteristiċi ekoloġiċi ta’ sit bħal dan u li ma jadottax il-miżuri ta’ ħarsien neċessarji sabiex tinżamm il-popolazzjoni tal-ispeċi kkonċernata, li tikkostitwixxi l-interess ekoloġiku ta’ dan is-sit.

    (ara l-punti 43-47, 69 u d-dispożittiv)

  3.  L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva 2006/105 tobbliga lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett tal-ispeċi annimali elenkati fil-punt (a) tal-Anness IV tal-istess direttiva, li tippermetti li tiġi evitata kull forma ta’ qbid jew qtil volontarju ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi fin-natura, it-tfixkil volontarju tal-imsemmija speċi, speċjalment waqt il-perijodu tar-riproduzzjoni, ta’ tkabbir, ta’ ibernazzjoni u ta’ migrazzjoni, il-qerda jew it-teħid intenzjonali tal-bajd fin-natura kif ukoll id-deterjorazzjoni jew il-qerda ta’ siti ta’ riproduzzjoni jew ta’ żoni ta’ mistrieħ tal-imsemmija speċi.

    Għaldaqstant, jonqos milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43, Stat Membru li ma jadottax il-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxi u japplika sistema ta’ ħarsien stretta ta’ din l-ispeċi annimali.

    (ara l-punti 59, 62, 69 u d-dispożittiv)

Kawża C-340/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika ta’ Ċipru

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Artikoli 4(1) u 12(1) — Nuqqas ta’ inklużjoni fit-terminu previst tal-Lag Paralimni bħala sit ta’ importanza għall-Komunità — Sistema ta’ ħarsien għall-ispeċi Natrix natrix cypriaca (serp tal-ilma ta’ Ċipru)”

Sommarju tas-sentenza

  1. Proċedura – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti – Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Għan – Rikors ibbażat fuq ilment li ma huwiex indikat matul l-fażi prekontenzjuża – Inammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 92(2))

  2. Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Sit li jista’ jiġi identifikat bħala ta’ importanza Komunitarja, iżda li ma huwiex irreġistrat fil-lista nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 3(1) u 4(1))

  3. Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali elenkati fil-punt (a) tal-Anness IV – Miżuri neċessarji sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ħarsien