Kawża C-292/10

G

vs

Cornelius de Visser

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Regensburg)

“Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika pubblika tal-atti ġudizzjarji — Assenza ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Ġurisdizzjoni ‘f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt’ — Ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ bil-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq l-internet — Post fejn il-fatt dannuż seħħ jew jista’ jseħħ”

Sommarju tas-sentenza

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Ġurisdizzjoni fil-qasam delittwali jew kważi delittwali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 4(1) u 5(3))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Sospensjoni tal-proċeduri ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ notifika fi żmien utli tal-att promotur lill-konvenut — Portata

    (Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-15 ta’ Novembru 1965, Artikolu 15; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007, Artikolu 19; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 26(2) sa (4))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Sentenza mogħtija fil-kontumaċja tal-konvenut — Notifika tal-att promotur lill-konvenut permezz tal-pubblikazzjoni skont id-dritt nazzjonali — Ammissibbiltà — Kundizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ħolqien ta’ Titolu Eżekuttiv Ewropew għall-krediti li ma humiex ikkontestati — Regolament Nru 805/2004 — Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 805/2004, Artikolu 14(2); Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 34(2))

  5. Approssimazzjoni ta’ leġiżlazzjonijiet — Kummerċ elettroniku — Direttiva 2000/31 — Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-suq intern

    (Direttiva 2000/31 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 3(1) u (2))

  1.  L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jostakolax l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tal-istess regolament għal azzjoni għad-danni minħabba l-ġestjoni ta’ sit tal-internet kontra konvenut li huwa probabbilment ċittadin tal-Unjoni, iżda jinsab f’post mhux magħruf, jekk il-qorti adita ma jkollhiex indizji probatorji li jippermettulha tikkonkludi li dan il-konvenut huwa fil-fatt iddomiċiljat barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

    (ara l-punt 42 u d-dispożittiv 1)

  2.  Fil-każ ta’ sentenza ppronunzjata fil-kontumaċja tal-konvenut li l-indirizz tiegħu ma huwiex magħruf, ir-regola stipulata fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li jipprovdi li l-qorti għandha tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm ma jkunx jidher li l-konvenut tqiegħed f’pożizzjoni li jirċievi l-att promotur jew att ekwivalenti fi żmien utli sabiex ikun jista’ jħejji d-difiża tiegħu jew li jkunu ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dan il-għan, ma hijiex skartata mir-regoli previsti fl-Artikolu 26(3) u (4) tal-istess regolament, jiġifieri l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1393/2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti), u li jħassar ir-Regolament Nru 1348/2000, jew l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1965.

    Fil-fatt, għalkemm ir-regolarità tan-notifika tal-att promotur lil konvenut kontumaċi għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni u, a fortiori, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, madankollu din ir-regola għandha effett biss sa fejn huma applikabbli l-imsemmija dispożizzjonijiet. Issa, kemm l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 1393/2007 kif ukoll it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1965 jistipulaw li dawn l-istrumenti ma għandhomx japplikaw meta l-indirizz tal-persuna destinatarja ma jkunx magħruf.

    (ara l-punti 51-54)

  3.  Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti ta’ sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li, minħabba l-impossibbiltà li jiġi lokalizzat, ikun ġie nnotifikat bl-att promotur permezz tal-pubblikazzjoni skont id-dritt nazzjonali, sakemm il-qorti adita tkun preċedentement żgurat li saru r-riċerki kollha rikjesti mill-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ bona fide sabiex dan il-konvenut jinstab.

    Ċertament, il-possibbiltà li jissoktaw il-proċeduri mingħajr l-għarfien tal-konvenut, bħal fil-kawża prinċipali, permezz ta’ notifika bil-proċedura tal-pubblikazzjoni, tirrestrinġi d-drittijiet tad-difiża tal-konvenut. Din ir-restrizzjoni hija madankollu ġġustifikata fir-rigward tad-dritt ta’ attur għal protezzjoni effettiva fid-dawl tal-fatt li, fin-nuqqas ta’ tali notifika, dan id-dritt jisfa’ fix-xejn.

    (ara l-punti 56, 59 u d-dispożittiv 2)

  4.  Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ċ-ċertifikazzjoni, bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004, li toħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għall-krediti li ma humiex ikkontestati, ta’ sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li l-indirizz tiegħu ma huwiex magħruf.

    Fil-fatt, minn analiżi tal-għanijiet u tas-sistema ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan ir-regolament jistabbilixxi mekkaniżmu derogatorju għas-sistema komuni ta’ rikonoxximent ta’ sentenzi, li l-kundizzjonijiet tiegħu huma bħala prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta.

    Il-possibbiltà għall-konvenut li jikkontesta r-rikonoxximent tas-sentenza ppronunzjata kontra tiegħu skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, tippermetti li d-drittijiet ta’ difiża tiegħu jiġu rrispettati. Madankollu, din il-garanzija tkun nieqsa jekk sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li ma jkunx ħa konjizzjoni tal-kawża tiġi ċċertifikata bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew.

    (ara l-punti 64, 66, 68 u d-dispożittiv 3)

  5.  L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern, ma huwiex applikabbli f’sitwazzjoni li fiha l-post ta’ stabbiliment tal-fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ma huwiex magħruf, peress li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija suġġetta għall-identifikazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornitur inkwistjoni huwa fil-fatt stabbilit.

    (ara l-punt 72 u d-dispożittiv 4)

Kawża C-292/10

G

vs

Cornelius de Visser

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Regensburg)

“Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika pubblika tal-atti ġudizzjarji — Assenza ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Ġurisdizzjoni ‘f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt’ — Ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ bil-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq l-internet — Post fejn il-fatt dannuż seħħ jew jista’ jseħħ”

Sommarju tas-sentenza

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni fil-qasam delittwali jew kważi delittwali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 4(1) u 5(3))

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi – Sospensjoni tal-proċeduri ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ notifika fi żmien utli tal-att promotur lill-konvenut – Portata

    (Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-15 ta’ Novembru 1965, Artikolu 15; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007, Artikolu 19; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 26(2) sa (4))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Sentenza mogħtija fil-kontumaċja tal-konvenut – Notifika tal-att promotur lill-konvenut permezz tal-pubblikazzjoni skont id-dritt nazzjonali – Ammissibbiltà – Kundizzjoni

    (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ħolqien ta’ Titolu Eżekuttiv Ewropew għall-krediti li ma humiex ikkontestati – Regolament Nru 805/2004 – Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 805/2004, Artikolu 14(2); Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 34(2))

  5. Approssimazzjoni ta’ leġiżlazzjonijiet – Kummerċ elettroniku – Direttiva 2000/31 – Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-suq intern