Keywords
Summary

Keywords

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Kunċett

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Artikolu 3(1))

Summary

Id-Direttiva 2001/29 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi biss għall-komunikazzjoni lill-pubbliku li ma jkunx preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni, b’esklużjoni ta’ kull komunikazzjoni ta’ xogħol li titwettaq direttament, f’post miftuħ għall-pubbliku, permezz ta’ kull forma pubblika ta’ eżekuzzjoni jew ta’ preżentazzjoni diretta tax-xogħol.

(ara l-punt 41 u d-dispożittiv)