Keywords
Summary

Keywords

Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attivitajiet ta’ xandir televiżiv — Direttiva 89/552 —Kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva — Kontroll mill-Istat Membru tal-oriġini tax-xandiriet — Derogi — Tixwix għall-mibegħda fuq bażi ta razza, sess, reliġjon jew nazzjonalità — Kunċett — Ksur tal-ftehim bejn il-popli — Inklużjoni

(Direttiva tal-Kunsill 89/552, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/36, Artikolu 22a)

Summary

L-Artikolu 22a tad-Direttiva 89/552, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36, għandu jiġi interpretat fis-sens li fatti li jaqgħu taħt dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprojbixxi ksur tal-ftehim bejn il-popli għandhom jitqiesu bħala inklużi fil-kunċett ta’ “tixwix għall-mibegħda fuq bażi ta razza, sess, reliġjon jew nazzjonalità”.

Dan l-artikolu ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, skont leġiżlazzjoni ġenerali, bħal-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet, miżuri fir-rigward ta’ xandar tat-televiżjoni stabbilit fi Stat Membru ieħor, minħabba li l-attivitajiet u l-għanijiet ta’ dan ix-xandar jiksru l-projbizzjoni ta’ ksur tal-ftehim bejn il-popli, sakemm dawn il-miżuri ma jimpedixxux, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali, it-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma fit-territorju tal-Istat Membru ta’ riċezzjoni tax-xandiriet televiżivi mwettqa minn dan ix-xandar mill-Istat Membru l-ieħor.

(ara l-punti 46, 54 u d-dispożittiv)