Keywords
Summary

Keywords

Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Benefiċċji tal-familja — Persuni li jirċievu pensjoni skont il-leġiżlazzjoni ta’ diversi Stati Membri — Benefiċċji għall-ulied dipendenti u benefiċċji tal-orfni ta’ persuni li jirċievu pensjoni — Ulied b’diżabbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, Artikoli 77(2)(b)(i) u 78(2)(b)(i))

Summary

L-Artikoli 77(2)(b)(i) u 78(2)(b)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir‑Regolament Nru 1992/2006, għandhom jiġu interpretati fis‑sens li l-persuni intitolati għal pensjoni tax-xjuħija u/jew ta’ invalidità, jew l-orfni ta’ ħaddiem li miet, li kienu suġġetti għal‑leġiżlazzjoni ta’ diversi Stati Membri, iżda li d-drittijiet għal pensjoni kif ukoll tal-orfni tagħhom huma bbażati biss fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn twettqet attività professjonali, għandhom id-dritt li jitolbu lill‑awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat l-ammont sħiħ tal-allowances tal-familja previsti minn din il-leġiżlazzjoni għall-ulied b’diżabbiltà, anki jekk dawn ma jkunux talbu fl-Istat Membru ta’ residenza sabiex jibbenefikaw minn allowances simili ta’ ammont ogħla previsti mil‑leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat, minħabba li huma għażlu l-għoti ta’ benefiċċju ieħor għall-persuni b’diżabbiltà li huwa inkompatibbli ma’ dawn, billi d-dritt għall-allowances tal-familja fl-Istat Membru fejn twettqet attività professjonali kien miksub biss taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan tal‑aħħar. Dan huwa wkoll il-każ fejn, taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, il-persuni kkonċernati ma jistgħux jagħżlu l-ħlas tal‑allowances tal-familja f’dan l-Istat.

(ara l-punti 57, 59 u d-dispożittiv 1, 2)