Kawża C–213/10
F–Tex SIA
vs
Lietuvos-Anglijos UAB “Jadecloud-Vilma”
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ azzjoni relatata ma’ proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1(1) u (2)(b) — Kunċetti ta’ ‘materji ċivili u kummerċjali’ u ta’ ‘falliment’ — Azzjoni ppreżentata fuq il-bażi ta’ ċessjoni, mil-likwidatur, tad-dritt tiegħu ta’ revoka”
Sommarju tas-sentenza
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Materji ċivili u kummerċjali – Kunċett
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1346/2000 u Nru 44/2001, Artikolu 1(1) u (2)(b))
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni mressqa kontra terz minn rikorrent li jaġixxi fuq il-bażi ta’ ċessjoni ta’ kreditu mogħtija mil-likwidatur innominat fl-ambitu ta’ proċedura ta’ insolvenza, li għandha bħala suġġett id-dritt ta’ revoka li dan il-likwidatur għandu taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal din il-proċedura, taqa’ taħt il-kunċett ta’ materja ċivili u kummerċjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
Fil-fatt, l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 jeskludi biss mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament l-azzjonijiet li jirriżultaw direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħha, peress li dawn tal-aħħar jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza]. Dawn il-karatteristiċi ma jinsabux f’każ fejn id-dritt li fuqu r-rikorrent jibbaża l-azzjoni tiegħu huwa ċertament marbut mal-insolvenza tad-debitur, sa fejn huwa jislet l-oriġini tagħha mid-dritt ta’ revoka vestit fil-likwidatur mil-liġi nazzjonali applikabbli għall-proċedura ta’ insolvenza, iżda fejn, madankollu, l-eżerċizzju miċ-ċessjonarju tad-dritt kweżit huwa suġġett għal regoli oħra li ma humiex dawk applikabbli fl-ambitu ta’ proċedura ta’ insolvenza.
Tali differenza ta’ regoli teżisti għaldaqstant meta, fl-ewwel lok, iċ-ċessjonarju huwa liberu li jeżerċita jew li ma jeżerċitax id-dritt ta’ kreditu li jkun akkwista u, fit-tieni lok, iċ-ċessjonarju, meta jiddeċiedi li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ kreditu, jaġixxi fl-interess tiegħu stess u għall-benefiċċju personali tiegħu. Bħad-dritt ta’ kreditu, li huwa l-bażi għat-talba tiegħu, l-eżitu tal-azzjoni li huwa jressaq jidħol fil-patrimonju personali tiegħu. Għalhekk, il-konsegwenzi tal-azzjoni tiegħu huma differenti minn dawk ta’ azzjoni revokatorja ppreżentata mil-likwidatur, li għandha l-għan li żżid l-assi tal-impriża suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza.
Differenza bejn ir-regoli applikabbli f’tali każ u dawk li japplikaw f’każ ta’ proċedura ta’ insolvenza hija preżenti wkoll meta l-għeluq ta’ din il-proċedura ma jaffettwax l-eżerċizzju miċ-ċessjonarju tad-dritt ta’ revoka li huwa akkwista u meta dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat miċ-ċessjonarju wara l-għeluq tal-proċedura ta’ insolvenza.
(ara l-punti 29, 40, 42-44, 46, 49 u d-dispożittiv)
Kawża C–213/10
F–Tex SIA
vs
Lietuvos-Anglijos UAB “Jadecloud-Vilma”
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ azzjoni relatata ma’ proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1(1) u (2)(b) — Kunċetti ta’ ‘materji ċivili u kummerċjali’ u ta’ ‘falliment’ — Azzjoni ppreżentata fuq il-bażi ta’ ċessjoni, mil-likwidatur, tad-dritt tiegħu ta’ revoka”
Sommarju tas-sentenza
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Kunċett