Kawża C-182/10

Marie-Noëlle Solvay et

vs

Région wallonne

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju))

“Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Kunċett ta’ ‘att leġiżlattiv’ — Valur u portata tal-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-Gwida ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus — Awtorizzazzjoni ta’ proġett fl-assenza ta’ evalwazzjoni xierqa tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent — Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Portata tad-dritt għal azzjoni legali — Direttiva ‘habitat’ — Pjan jew proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit — Raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza”

Sommarju tas-sentenza

  1. Ftehim internazzjonali – Ftehim tal-Komunità – Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Gwida ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni – Saħħa vinkolanti – Assenza

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikoli 2(2) u 9(4); Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  2. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 u Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Kamp ta’ applikazzjoni – Proġetti adottati fid-dettall b’att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku – Esklużjoni

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 2(2); Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 1(5); Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  3. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 u Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Proġett adottat b’att leġiżlattiv nazzjonali li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva – Dritt għal rikors kontra dan l-att – Portata

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikoli 3(9) u 9(2) sa (4); Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikoli 1(5) u 10a; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  4. Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 u Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Deċiżjoni li tingħata jew ma tingħatax awtorizzazzjoni għal proġett – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 6(9); Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 9(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  5. Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett f’sit protett – Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3))

  6. Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett f’sit protett għal raġunijiet vinkolanti ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza – Kundizzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3) u (4))

  1.  Minkejja li għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2) u 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) huwa plawżibbli li l-Gwida ta’ Applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni, madankollu iżda, din ma għandha l-ebda saħħa obbligatorja u ma għandhiex il-portata normattiva mehmuża mal-istipulazzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

    (ara l-punt 28 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) u l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma esklużi mill-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi ta’ dawn it-testi biss dawk il-proġetti adottati fid-dettall b’att leġiżlattiv speċifiku, b’mod li l-għanijiet tal-imsemmija testi jintlaħqu bil-proċedura leġiżlattiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew osservati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kontenut tal-att leġiżlattiv adottat kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva kollha li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u b’mod partikolari l-atti preparatorji u d-dibattiti Parlamentari. F’dan ir-rigward, att leġiżlattiv li sempliċement “jirratifika” att amministrattiv li jeżisti diġà, billi jillimita ruħu li jesponi biss ir-raġunijiet vinkolanti ta’ interess ġenerali mingħajr ma jagħti bidu, minn qabel, għal proċedura leġiżlattiva fil-fond li tippermetti li jiġu osservati l-imsemmija kundizzjonijiet, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala att leġiżlattiv speċifiku fis-sens tal-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337 u għalhekk ma huwiex biżżejjed sabiex jeskludi proġett mill-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi ta’ din il-konvenzjoni u ta’ din id-direttiva, kif emendata.

    (ara l-punt 43 u d-dispożittiv 2)

  3.  L-Artikoli 3(9) u 9(2) sa (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) u l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    meta proġett li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jiġi adottat b’att leġiżlattiv, il-kwistjoni dwar jekk dan l-att leġiżlattiv jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(5) ta’ din id-direttiva, kif emendata, għandha tkun suġġetta għal stħarriġ, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, minn qorti jew minn korp indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi;

    fis-sitwazzjoni fejn ebda azzjoni legali tan-natura u tal-portata mfakkra iktar ’il fuq ma tiġi ppreżentata kontra tali att, hija dik il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża li jkollha, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, teżerċita l-istħarriġ deskritt fl-inċiż preċedenti u tislet, jekk ikun il-każ, il-konsegwenzi billi ma tapplikax dan l-att leġiżlattiv.

    (ara l-punt 52 u d-dispożittiv 3)

  4.  L-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jeħtieġx li d-deċiżjoni li tikkonkludi li ma huwiex neċessarju li proġett li jaqa’ taħt l-Anness II ta’ din id-direttiva jkun suġġett għal evalwazzjoni, tinkludi hija stess ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti ddeċidiet li din ma kinitx neċessarja iżda li, fl-ipoteżi fejn persuna interessata titlobha, l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha l-obbligu li tikkomunikalha r-raġunijiet li għalihom din id-deċiżjoni ttieħdet, jew l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti bi tweġiba għat-talba li ġiet ippreżentata. Din l-interpretazzjoni tista’ tiġi applikata għall-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 85/337 kif ukoll għall-Artikolu 6(9) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus), li essenzjalment għandha kontenut simili għal dak tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 85/337.

    Għaldaqstant, l-Artikolu 6(9) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 85/337 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jeżiġux li d-deċiżjoni li awtorizzazzjoni għal proġett tingħata jew tiġi miċħuda jkollha, hija stess, ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti ddeċidiet li din kienet neċessarja. Madankollu, fl-ipoteżi fejn persuna interessata tistaqsi għaliha, l-awtorità kompetenti għandha l-obbligu li tikkomunikalha r-raġunijiet li għalihom ittieħdet dik id-deċiżjoni jew l-informazzjoni jew id-dokumenti rilevanti bi tweġiba għat-talba li ġiet ppreżentata.

    (ara l-punti 54, 55, 63, 64 u d-dispożittiv 4)

  5.  L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jippermettix li awtorità nazzjonali, li tkun leġiżlattiva, tawtorizza pjan jew proġett mingħajr ma tkun żgurat ruħha li tali pjan jew proġett ma huwiex se jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat.

    Fil-fatt, l-awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett tista’ tingħata biss bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kisbu ċertezza li dan ma għandux effetti li jikkawżaw ħsara lill-integrità tas-sit ikkonċernat. Dan huwa minnu meta ma jibqa’ l-ebda dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku fir-rigward tal-assenza ta’ tali effetti. Barra minn hekk, huwa fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza t-twettiq tal-proġett li ma għandu jkun baqa’ l-ebda dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku fir-rigward tal-assenza ta’ effetti li jikkawżaw ħsara lill-integrità tas-sit ikkonċernat.

    (ara l-punti 67, 70 u d-dispożittiv 5)

  6.  L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu, bħala eċċezzjoni għall-kriterju ta’ awtorizzazzjoni msemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3), ikun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta. Barra minn hekk, dan jista’ japplika biss wara li l-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett ikun ġew analizzati skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva. Fil-fatt, l-għarfien ta’ dawn l-effetti fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit inkwistjoni jikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel indispensabbli għall-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 6(4) għaliex, fl-assenza ta’ dawn l-elementi, ebda kundizzjoni ta’ applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni ma tista’ tiġi evalwata. L-eżami ta’ raġunijiet vinkolanti eventwali ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza u dak tal-eżistenza ta’ alternattivi li jikkawżaw inqas ħsara fil-fatt jeħtieġu bbilanċjar fir-rigward tal-effetti ħżiena kkawżati fuq is-sit mill-pjan jew proġett ikkunsidrat. Minbarra dan, sabiex jiġi ddeterminat it-tip ta’ miżuri eventwali ta’ kumpens, l-effetti ħżiena fuq l-imsemmi sit għandhom jiġu identifikati bi preċiżjoni.

    Issa, bħala prinċipju, xogħlijiet iddestinati għall-istabbiliment jew l-estensjoni ta’ impriża jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss.

    Għaldaqstant, l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twettiq ta’ infrastruttura ddestinata sabiex tospita ċentru amministrattiv, bħala prinċipju ma tistax titqies bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza, inkluża dik ta’ natura soċjali jew ekonomika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’mod li tiġġustifika t-twettiq ta’ pjan jew ta’ proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat.

    (ara l-punti 73, 74, 76, 79 u d-dispożittiv 6)

Kawża C-182/10

Marie-Noëlle Solvay et

vs

Région wallonne

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju))

“Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Kunċett ta’ ‘att leġiżlattiv’ — Valur u portata tal-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-Gwida ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus — Awtorizzazzjoni ta’ proġett fl-assenza ta’ evalwazzjoni xierqa tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent — Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Portata tad-dritt għal azzjoni legali — Direttiva ‘habitat’ — Pjan jew proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit — Raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza”

Sommarju tas-sentenza

  1. Ftehim internazzjonali — Ftehim tal-Komunità — Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) — Gwida ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni — Saħħa vinkolanti — Assenza

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikoli 2(2) u 9(4); Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  2. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 u Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) — Kamp ta’ applikazzjoni — Proġetti adottati fid-dettall b’att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku — Esklużjoni

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 2(2); Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 1(5); Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  3. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 u Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) — Proġett adottat b’att leġiżlattiv nazzjonali li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva — Dritt għal rikors kontra dan l-att — Portata

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikoli 3(9) u 9(2) sa (4); Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikoli 1(5) u 10a; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  4. Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337 u Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) — Deċiżjoni li tingħata jew ma tingħatax awtorizzazzjoni għal proġett — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 6(9); Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, Artikolu 9(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370)

  5. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett f’sit protett — Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3))

  6. Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett f’sit protett għal raġunijiet vinkolanti ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza — Kundizzjoni